Ħajk jew hike Hike
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal ĦAJK jew HIKE isir bl-idejn forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin u mgħawġin, bil-pala tħares ’il ġewwa u bil-ponot tas-swaba’ jmissu l-ġnub taħt l-ispalla qishom qed iżommu ċ-ċineġ ta’ xi backpack. L-ispalel joqomsu laġenba u jinżlu ftit ’il quddiem. Ix-xoffa t’isfel toħroġ ftit ’il barra biex tesprimi attitudni rilassata.
The sign for HIKE is made with both hands in the shape of 5 with fingers apart and bent, palms facing inwards and fingertips touching the sides below the shoulders as though holding the straps of a backpack. The shoulders swivel sideways and move a little forward. The lower lip extends outwards to express relaxation.